| Il-Prim Ministru ta’
Malta huwa il-kap tal-Gvern kif ukoll ministru b’responsabbiltajiet
għal materji strateġiċi bħalma huma, fost oħrajn, is-Servizz
Pubbliku, id-difiża, aspetti li jolqtu l-Unjoni Ewropea fosthom l-immaniġġjar tal-fondi ta' qabel
is-sħubija u dawk strutturali.
Ħafna minn dawn ir-responsabbiltajiet ministerjali huma amministrati
permezz ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, aktar magħruf bħala l-UPM,
jew sempliċement “Kastilja”. Il-missjoni ta’ l-UPM hi li tgħin lill-Prim
Ministru fl-isforz tiegħu biex jipprovdi tmexxija u direzzjoni għal
Gvern stabbli u effettiv.
L-UPM hu l-pern u ċ-ċentru tal-Gvern. Għandu sehem ċentrali fil-proċess
li jwassal għad-deċiżjonijiet governattivi waqt li huwa wkoll iċ-ċentru amministrattiv tal-Gvern.
Id-dipartimenti u l-uffiċċji li jiffurmaw l-UPM inbidlu mhux ħażin
matul iż-żmien. Madankollu, hemm nukleu stabbli magħmul,
fost oħrajn, mis-Segretarjat tal-Kabinett, mill-Management
and Personnel Office (li sa' l-1990 kien magħruf bħala l-Establishments
Division) u mid-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni. Bħalissa hemm madwar 300 membru ta’ l-istaff
fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Ma dawn wieħed irid iżid
1,500 membru ta' l-AFM li wkoll jagħmlu parti mil-portfolio
ta' l-UPM.
Jekk jogħġbok agħfas hawn biex tara r-Rapport
Annwali
tad-Dipartimenti taħt l-OPM għas-sena 2006.
Tista’
tara
tabella organizzattiva li turi d-dipartimenti
u l-entitajiet kollha li jiffurmaw parti mill-Uffiċċju tal-Prim
Ministru inkella għandhom x’jaqsmu miegħu, u li turi wkoll
ir-relazzjoni ta’ bejniethom.
Ikklikkja
hawn biex tara tabella organizzattiva ta’ l-OPM.
Ir-Rapport Annwali u t-tabella
organizzattiva huma dokumenti bil-portable document
format (pdf) li għalihom ikollok bżonn is-software Adobe
Acrobat Reader. Ħafna kompjuters huma mgħammra b’dan is-software
u jiftħu dokument pdf awtomatikament. Jekk m’għandekx dan is-software,
ikklikkja fuq l-istampa t’hawn taħt biex tniżżlu bla ebda
ħlas.

|