Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Il-Forzi Armati ta' Malta
 

Luqa Barracks, Hal Luqa CMR 02, Malta
Tel: (+356) 21 824 212, 21 824 214 Fax: 21 241 001
E-mail:


Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) hija armata tad-daqs ta' Brigata magħmula minn tliet komponenti ta' l-art (3 Reġimenti), Skwadra Marittima u Taqsima ta' l-Ajru.

Hija responsabbli sabiex:

  • tiddefendi l-integrita` tal-Gżejjer Maltin fuq l-art, il-baħar u fl-ajru;

  • tipprovdi sigurta` ma' lokazzjonijiet sensittivi;

  • tipprovdi servizz ta' tfittxija u salvataġġ fir-reġjun li minnu hi responsabbli Malta;

  • tinforza l-liġi fuq il-baħar;

  • tipprovdi servizz ta' Explosive Ordnance Disposal (EOD) u Improvised Explosive Device Disposal (IEDD);

  • tipprovdi assistenza lil dipartimenti Governattivi oħra u f'każijiet ta' emerġenzi ċivili (eż għargħar, tniġġiż fil-baħar, splużjonijiet u diżastri ta' l-ajru); u

  • tipprovdi doveri li jirrigwardaw iċ-ċeremonjal ta' l-iStat.

Il-Forzi Armati ta’ Malta hi marbuta sabiex tikkontribbwixxi għall-paċi u l-istabbilita` internazzjonali billi tipparteċipa f'operazzjonijiet ta' Crisis Management immexxija mill-EU.

 Aktar taghrif jista’ jinstab fil-website tal-Forzi Armati ta' Malta.

Il-Brigadier Carmel Vassallo
Kmandant, AFM

Il-Brigadier Vassallo kien ikkummissjonat fil-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta fl-1976 u kkwalifika bħala pilota tal-ħelikopter fl-1983.  Huwa okkupa diversi pożizzjonijiet għolja u kien promoss Kurunell f’Awissu 1996.  Huwa kien appuntat Deputat Kmandant tal-FAM f’Diċembru 1996.  Huwa kien promoss Brigadier u appuntat Kmandant tal-Forzi Armati ta' Malta f'Marzu 2004.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana