Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Unuri u Ghotjiet
 


Is-sistema ta’ unuri, għotjiet u dekorazzjonijiet f’Malta twaqqfet fl-1975 bl-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika u ssaħħet fl-1990 bit-twaqqif ta’ l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu taħt l-istess Att.

Malta tagħti ġieh pubbliku lil ċittadini Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja u li l-kontribut u l-kisbiet tagħhom ikabbru l-ġid u r-riżq ġenerali taċ-ċittadini sħabhom. Malta tagħti ġieh ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom fil-promozzjoni u t-twettiq ta’ relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-gżejjer Maltin. L-Istat jagħti l-unuri f’Jum ir-Repubblika bil-ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija jew il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

L-unuri mogħtija taħt l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika m'humiex intenzjonati biex joħolqu soċjetà elitista. Dawn ma jagħtu l-ebda privileġġ speċjali u l-ebda benefiċċju finanzjarju. L-għoti ta’ unuri hu mod simboliku u dejjiemi biex pajjiż jirrikonoxxi pubblikament il-meritu u l-ħila taċ-ċittadini tiegħu f’oqsma differenti tal-ħajja.

Ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu u fix-Xirka u l-għoti ta’ midalji tar-Repubblika jsiru mill-President ta’ Malta fuq il-parir bil-miktub tal-Prim Ministru. L-istrumenti tal-ħatra, l-insinji u l-midalji jiġu ppreżentati mill-President waqt ċerimonja ta’ investitura li ssir kull sena fit-13 ta’ Diċembru.

Il-President ta’ Malta huwa l-Kap tax-Xirka u ta’ l-Ordni waqt li s-Segretarju tal-Kabinett huwa, ex-officio, il-Kanċillier. Jinħatar Reġistratur bħala uffiċjal tax-Xirka u ta’ l-Ordni bl-inkarigu li jżomm rendikont ta’ l-għoti ta’ unuri u dekorazzjonijiet. Jinħatar ukoll Kumitat tan-Nomini li wara li jikkunsidra kull nomina jagħmel proposti lill-Prim Ministru bl-ismijiet ta’ dawk iċ-ċittadini li lilhom huwa mixtieq li jingħata ġieħ.

L-ismijiet ta’ dawk il-persuni distinti li jinħatru membri fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu jew fix-Xirka, kif ukoll ta’ dawk li jingħataw il-Midalja għall-Qlubija u l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern.


spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana