Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
 
Id-Direttorat ta' l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet

Lower Ground Floor, Valletta Buildings, South Street, Valletta VLT 1103
Tel: (+356) 21 237 737 Fax: (+356) 21 237 681
E-mail: info.iaid@gov.mt


IIl-missjoni tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni hija li jipprovdi servizz ċentralizzat, funzjonalment indipendenti, kompetenti u professjonali fl-analiżi, konsulenza u investigar lil-Gvern. Dan sabiex ikun jista’ jagħti servizz lil-Gvern permezz li jeżamina, jevalwa, jispezzjona, jiskrutinizza u jirrakomanda fuq l-attivitajiet tal-Gvern.

L-oġġettiv primarju tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni huwa li jassisti lis-Segretarji Permanenti fil-qadi effiċjenti ta’ dmirijiethom. Id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni jissuplixxi lis-Segretarji Permanenti b’analiżi, rakkommandazzjonijiet, pariri u informazzjoni li jirrigwardjaw attivitajiet eżaminati u/jew investigati.

Id-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni huwa indipendenti mill-attivitajiet li jawditja sabiex tiġi assigurata opinjoni oġġettiva li hija essenzjali għal-funzjoni ta’ l-istess Direttorat u fl-għoti ta’ pariri imparzjali lil-Gvern. L-ebda membru tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni ma jista` jkollu awtorita` jew responsabbilita` fuq l-attivitajiet eżaminati. L-involviment tad-Direttorat fl-iżvilupp jew implimentazzjoni ta’ strateġiji, sistemi u prattiċi dipartimentali għandu jkun biss f’kapaċita` konsultattiva, b’konformita’ ma’ rakkomandazzjonijiet tad-Direttorat stess, kemm mgħamulin fil-passat u kemm fil-preżent.

Il-funzjonijiet tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni jikkonsisti f’dawn li ġejjin:

• Awditjar Intern
• Investigazzjonijiet finanzjarji u attivitajiet oħra relatati mal-Uffiċċju ta’ Kontra l-Frodi tal-   Unjoni Ewropeja
• Awditjar ta’ fondi tal-Unjoni Ewropeja u Strumenti Bilaterali oħra
• Kontroll Intern.

Aktar tagħrif jinstab fil-website tad-Direttorat tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet.

Ms Rita Schembri
Direttur Ġenerali (Awditjar Intern u l-Investigazzjoni)

Rita Schembri, BA (Hons) Accty, FIA, CPA daħlet fis-servizz pubbliku fl-1990. Hija okkupat diversi pożizzjonijiet għolja f’ministeri differenti u fil-Ministeru tal-Finanzi. Fl-2004 hija kienet appuntata Direttur (Kontroll Finanzjarju). Hija laħqet kap tad-Direttorat għall-Awditjar Intern u l-Investigazzjoni f’Marzu ta’ 2006 u Direttur Ġenerali (Kontroll Finanzjarju Intern Pubbliku) fl-2007 u ngħatat it-titolu ġdid ta’ Direttur Ġenerali IAID fl-2008.

 

 
spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana