|
Is-Segretarju tal-Kabinett jopera taħt id-direzzjoni tal-Prim
Ministru. Ix-xogħol ewlieni tiegħu hu li jagħmel il-preparamenti
meħtieġa għal-laqgħat tal-Kabinett u tal-Kumitati tal-Kabinett;
li jgħin lill-Prim Ministru fit-tħejjija ta’ l-aġenda tal-Kabinett;
li jżomm il-minuti tal-laqgħat; li jinforma lil persuni kkonċernati
bid-deċiżjonijiet li ttieħdu; u li jikkoordina l-ħidma tal-Kabinett
mal-ministeri biex jiżgura li l-policies stabbiliti mill-Kabinett
jiġu implimentati.
Is-Segretarju tal-Kabinett imexxi s-Segretarjat tal-Kabinett, li jipprovdi
servizz ta’ għajnuna lill-Kabinett
fit-tmexxija ġenerali u l-kontroll tal-Gvern ta’ Malta, tmexxija
u kontroll li għalihom hu responsabbli lejn il-Parlament.
Is-Segretarjat tal-Kabinett għandu wkoll Direttur li jista’ jaqdi uħud mid-dmirijiet
tas-Segretarju tal-Kabinett.
Is-Segretarju tal-Kabinett
hu wkoll responsabbli mill-amministrazzjoni tas-sistema Maltija ta’
Unuri
u Għotjiet skond l-Att dwar Ġieħ ir-Repubblika 1975. Is-Segretarju
tal-Kabinett imexxi l-Bord ta' l-Awditjar Intern u
Investigazzjonijiet, li jissorvelja x-xogħol tad-Direttorat
ta' l-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet.
Dr Godwin Grima
Segretarju tal-Kabinett
Godwin Grima inħatar Nutar tal-Gvern fl-1979. Inħatar Direttur
(Reġistru ta’ l-Artijiet) fl-1993 u Direttur Ġenerali ta’ l-Artijiet
u r-Reġistru Pubbliku fl-1999. Dott. Grima laħaq Segretarju Permanenti
fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern f’Jannar 2002 u Segretarju
Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Ġunju 2004. Inħatar
Segretarju Permanenti Ewlieni f'Jannar 2005 u
Segretarju tal-Kabinett f'Jannar 2006. Dott. Grima
huwa wkoll Deputat Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali,
Deputat Chairperson tal-Malta Information Training &
Technology Ltd, Chairman tal-Bord Konsultattiv,
Kunsill
Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, Chairman ta'
l-Institute of Public Administration and Management
u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja fuq
bażi personali.
|
|
|
Is-Sinjorina Cecilia C. Attard
Direttur (Uffiċċju tal-Kabinett)
Cecilia Attard daħlet fis-Servizz Pubbliku fl-1967.
Qabel ma ngħaqdet ma’ l-Uffiċċju tal-Kabinett fl-1991, okkupat ħatriet f’diversi dipartimenti. Ms Attard inħatret
Assistent Direttur fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti
(OPM) f’Jannar tas-sena 2000 u Direttur (Uffiċċju tal-Kabinett)
f’Diċembru 2001. |
|
|