|
Iċ-Charter support Unit (CSU) għandu f’idejh l-inizjattiva tal-Quality Service Charters. Il-Unit iħaddem ukoll
il-faċilità Servizz.gov.mt.
Dipartimenti u uffiċċji tal-Gvern li jippubblikaw
Quality Service Charters jintrabtu li jilħqu livelli stabbiliti f’dak
li hu għoti ta’ servizz. Qabel ma jippubblika ċ-charter tiegħu,
kull dipartiment jew uffiċċju janalizza fid-dettall il-kwalità tas-servizz
li joffri u l-fatturi ewlenin li jinfluwenzawha, anke bl-użu ta’ għodod
bħalma huma l-customer surveys, u b'hekk jara fejn hemm lok għal
titjib. Ir-rwol taċ-Charter Support Unit
hu li jagħti pariri u għajnuna lid-dipartimenti involuti fil-proċess.
Is-CSU jissorvelja l-progress tad-dipartimenti u l-uffiċċji li
jkunu ppubblikaw charters u jqabblu ma’ dak li jkunu ntrabtu li
jwettqu fiċ-charters tagħhom. Dan jagħmlu billi jikkommissjona
audits
interni, li bħalissa qed isiru mid-Direttorat
tal-Awditjar Intern u Investigazzjonijiet. Is-CSU mbagħad ikompli jsegwi r-rapporti
ta’ l-audit mad-dipartimenti kkonċernati.
Il-Unit jippromwovi l-inizjattiva taċ-charters fost l-impjegati tas-Servizz
Pubbliku li fl-aħħar mill-aħħar għandhom ir-responsabbiltà biex kull
charter jirnexxi.
Aktar tagħrif dwar l-inizjattiva tal-Quality Service Charters,
kif ukoll it-test taċ-charters kollha li ġew ippubblikati s’issa,
jinstab fil-website taċ-Charter
Support Unit.
Iċ-Charter Support Unit iservi wkoll
bħala ċentru fejn jintlaqgħu it-talbiet, l-ilmenti u s-suġġerimenti
mibgħuta mill-pubbliku permezz tal-faċilità Servizz.gov.mt (www.servizz.gov.mt).
Kull talba tiġi mgħoddija mill-Unit lill-ministeru jew
lill-entità pubblika risponsabbli biex tieħu azzjoni skond il-każ.
Iċ-Charter Support Unit jirrapporta direttament lid-Direttur,
Staff Development Organisation.
|