|
Ms. Vanessa Frazier Direttur (Affarijiet tad-Difiża)
Vanessa Frazier, BA (Business Management u Franċiż - Luther
College, USA) M.A. (Studji Diplomatiċi - Malta) daħlet
fis-Servizz Pubbliku, mal-korp diplomatiku, fl-1994 u
serviet fl-ambaxxati ta’ Malta f’Washington, Ruma, u
Londra. Fost l-oħrajn, hija kienet Konslu Ġenerali kemm
f’Washington kif ukoll f’Londra. Hija rrapreżentat lil
Malta b’mod estensiv f’diversi fora internazzjonali u
tal-Mediterran, kif ukoll fl-Organizzazzjoni Marittima
Internazzjonali. Hija serviet bħala Political Officer
f’Londra u matul ix-xogħol ta’ tħejjija biex jitlaqqa
f’Malta iċ-CHOGM, kienet tirrapreżenta iċ-CHOGM 2005
Task force f’Londra fejn kienet risponsabbli minn dak
kollu li kellu x’jaqsam ma din il-Laqgħa. F’Ottubru 2006
inħatret bħala Direttur għall-Affarijiet tad-Difiża fl-Uffiċċju
tal-Prim Ministru. |