Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Mistoqsijiet Komuni
 

Bullet Organizzazzjoni
Bullet Il-Berġa ta’ Kastilja
Bullet Kuntatti u servizzi


ORGANIZZAZZJONI

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jikkonsisti fl-istaff li jaħdmu fil-Berġa ta’ Kastilja?

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) fih diversi dipartimenti u uffiċċji oħrajn. L-OPM ġieli jissejjaħ "Kastilja", imma dan mhux proprju minnu għax id-dipartimenti tal-OPM jinstabu f’erba' postijiet apparti l-Berġa ta’ Kastilja:

  • 3 Pjazza ta’ Kastilja, il-Belt (id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni, l-Istaff Development Organisation)

  • 12 Triq San Pawl, il-Belt (Id-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet)

  • 13 Triq San Pawl, il-Belt (Id-Direttorat għall-Operat u l-Implimentazzjoni ta' Programmi)

  • National Road, Blata l-Bajda (il-Management Efficiency Unit)

  • Fabbrika A29, Qasam Industriali tal-Marsa (l-Istamperija tal-Gvern).

Min hu risponsabbli amministrattivament mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru (UPM) jaqa' taħt it-tmexxija tas-Segretarju Permanenti Ewlieni (SPE) li huwa l-kap tas-Servizz Pubbliku.  F'dan ir-rispett id-dipartimenti kollha tal-Gvern jaqgħu taħt ir-responsabbilita` tas-SPE permezz tas-Segretarji Permanenti rispettivi.  Bħalissa l-SPE qiegħed jaqdi wkoll il-funzjoni ta' Segretarju tal-Kabinett.  Dawn iż-żewġ rwoli huma distinti imma t-tnejn li huma jirrapurtaw direttament lill-Prim Ministru.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni huwa megħjun minn  żewġ Segretarji Permanenti - Segretarju Permanenti (Policy) u Segretarju Permanenti (Strategy and Operations).

Għalkemm id-dipartimenti u uffiċċji fl-UPM jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, dawn jirrappurtaw lil wieħed mis-Segretarji Permanenti li huma maħtura fl-UPM.  Is-Segretarjat tal-Kabinett, immexxi minn Direttur (Kabinett), jgħin lis-Segretarju tal-Kabinett.

Tista’ tara tabella organizzativa li turi kif inhuma mqassma d-dipartimenti u entitajiet oħrajn fl-OPM.

Irritorna fil-bidu tal-paġna


Il-BERGA TA' KASTILJA

Il-Berġa ta’ Kastilja bini storiku. Nista’ nidħol ġewwa?

Sfortunatament mhux possibbli li l-pubbliku jitħalla jidħol Kastilja għal skop ta’ sightseeing. Normalment individwi jitħallew jidħlu biss jekk fuq xogħol uffiċjali jew għax għandhom appuntament ma’ membru ta’ l-istaff. Il-Berġa tinfetaħ għall-pubbliku biss fl-ewwel tas-sena, meta hija tradizzjoni li l-Prim Ministru jilqa’ t-tislijiet tal-pubbliku, u f’okkażjonijiet speċjali oħra.

Kemm baqgħet intatta l-istruttura oriġinali ta’ Kastilja?

Il-Berġa ta’ Kastilja prattikament inbniet mill-ġdid fl-1741. Minn dak iż-żmien ’l hawn naturalment sar xi tibdil biex jakkomoda bżonnijiet ġodda, sew fi żmien l-Ingliżi u sew fi żminijiet iżjed riċenti, iżda mhumiex estensivi u ftit li xejn saru bidliet fl-istruttura. Tista’ taqra dwar l-istorja tal-Berġa ta’ Kastilja u tara virtual tour hawnhekk.

Għandi appuntament Kastilja. Minn fejn nidħol?

Normalment wieħed għandu jidħol Kastilja mill-entratura tan-naħa ta’ Triq San Pawl (maġenb il-Castille Hotel). L-entratura prinċipali tintuża minn ministri, rappreżentanti għolja ta’ pajjiżi barranin u persuni li għandhom appuntament mal-Prim Ministru.

Irritorna fil-bidu tal-paġna


KUNTATTI U SERVIZZI

X’għandi nagħmel jekk għandi mistoqsija jew ilment dwar is-servizzi li jipprovdi xi dipartiment fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru?

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Assistent Direttur (Boards, Committees and Customer Care) ta' l-OPM. Tista’ wkoll tuża l-faċilità Servizz.gov.mt. Kull talba mibgħuta permezz ta’ Servizz.gov.mt u li tikkonċerna lill-OPM tiġi riferuta lill-Assistent Direttur (Boards, Committees and Customer Care).

Minix ċert jekk il-każ tiegħi għandu x’jaqsam ma’ l-OPM.  X’għandi nagħmel?

L-aħjar ħaġa hi li tinqeda permezz ta’ Servizz.gov.mt. I-impjegati li jħaddmu din is-sistema huma stess jgħaddu l-każ tiegħek lil dak il-ministeru, dipartiment jew entità pubblika bir-risponsabbiltà li taqdik.

Jekk tikkuntattjana fuq suġġett li ma jikkonċernax l-OPM direttament, aħna ninformawk b’dan u jew ngħidulek fejn għandek tirrikorri jew ngħaddu l-messaġġ tiegħek għand l-awtorità konċernata.

Nixtieq inkellem il-Prim Ministru. Kif naghmel?

Tkun trid tikkuntattja s-Segretarjat tal-Prim Ministru. Tista' ċċempel fuq in-numru 2200 1400.

Irritorna fil-bidu tal-paġna


spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana