| It-tagħrif fuq il-website
ta’ l-OPM jaqbel ma’ linji gwida mfassla biex iħaffu in-navigazzjoni.
It-tagħrif li ġej jgħinkom biex tifhmu
l-istandards li użajna f’dan is-sit, kif ukoll kif tittrattaw ċertu
tipi ta’ files.
Navigazzjoni
Speċifikazzjoni tas-sit
Kompatibilità mal-browsers
Ipprintjar ta’ paġni
Bookmarking
ta’ paġni
Tfittxija
Għoti ta’ feedback
Issejvjar ġol-PC tiegħek
File formats
Ittri Maltin
Navigazzjoni
Kull paġna ta’ dan is-sit għandha sezzjoni tan-navigazzjoni
fuq il-ġenb tax-xellug ta’ l-iskrin. Ma jintużawx
frames għax dawn huma għodod żejda li
aktar jistgħu jfixklu milli jgħinu. Kull link
fiha deskrizzjoni li tindikalek fejn twassal. Din id-deskrizzjoni tidher meta
wieħed
iqiegħed il-pointer fuq il-link.
Speċifikazzjoni tas-sit
Il-website ta’ l-OPM ġiet iddisinjata b’mod li tkun tista’ tintuża
b’faċilità. Is-sit inħadem fuq bażi ta' monitor b’reżoluzzjoni
SVGA (800 x 600) li juża 256 kulur, izda faċli jintuża bi speċifikazzjoni
aktar baxxa minn din.
Kompatibilità tal-browsers
Il-website ta’ l-OPM ġiet ittestjata fuq numru ta’ browsers
fuq il-parti l-kbira ta’ computer operating systems eżistenti.
Is-sit ta’ l-OPM juża l-Cascading Style Sheets (CSS) biex
jifformattja t-tagħrif testwali f’kull paġna. L-ifformattjar CSS
jiftiehem biss minn browsers minn verżjoni 4 ’l fuq.
Ipprintjar ta’ paġni
Wieħed jista’ jipprintja kwalunkwe paġna mis-sit billi mill-menu
option fil-Microsoft Internet Explorer jew Netscape
jagħżel File u mbagħad Print.
Bookmarking ta’ paġni
Wieħed jista’ jimmarka paġna partikulari b’bookmark billi
mill-menu option fil-Microsoft Internet Explorer (IE)
jagħżel Favorites, imbagħad Add to Favorites,
jew inkella billi min-Netscape jagħżel Bookmarks,
imbagħad Add Bookmarks.
Tfittxija
Biex wieħed jagħmel tfittxija irid jikteb kelma jew ġabra ta’ kelmiet
fl-ispazju l-abjad fil-kaxxa "Fittex". Meta jagħfas ir-return key
jew il-"go" link jingħata lista ta’ dokumenti li jikkorrispondu
mal-kelmiet miktuba. Id-dokumenti
misjuba jkunu ggradati, id-dokumenti li l-aktar jikkorrispondu jkunu
fuq, waqt li aktar ma jinżel ’l isfel fil-lista wieħed isib dokumenti
li jkunu dejjem anqas relevanti.
Għoti ta’ feedback
Is-sit ta’ l-OPM jipprovdi formola biex jagħti
ċans lil min jużah jagħmel il-kummenti tiegħu fuq il-website
stess jew fuq is-servizz offrut minn kwalunkwe dipartiment
jew uffiċċju fl-OPM. Meta jkun mela l-formola
wieħed irid jikklikkja fuq il-buttuna "Ibgħat" fil-qiegħ tal-paġna.
Malli jagħmel dan, l-informazzjoni tmur għand il-Customer Care
Coordinator ta’ l-OPM.
Issejvjar ta’ paġni
Wieħed jista’ jissejvja kwalunkwe paġna li tidher fis-sit għal ġol-local
drive tiegħu. Mill-menu option fil-Microsoft
IE u Netscape wieħed irid jagħżel File, imbagħad
Save.
File formats
Xi files f’dan is-sit qegħdin fil-forma ta' PDF (portable document format)
mhux HTML jew ASP.
Biex ikun jista’ jaqra dawn il-files wieħed għandu bżonn
l-Adobe
Acrobat Reader. Il-biċċa l-kbira tal-kompjuters fihom dan is-software,
li jinfetah awtomatikament jekk wieħed jikklikkja fuq link
ma' dokument PDF. Madankollu, il-paġni f'dan is-sit li fihom
dokumenti PDF jinkludu wkoll link minn fejn wieħed jista'
jniżżel is-software.
Ittri Maltin
Kliem bil-Malti fil-verżjoni bl-Ingliż ta’ din il-website
mhumiex miktuba bl-ittri Maltin (ċ, ġ, ħ, ż) biex min juża s-sit
ma jkollux problemi ta’ inkompatibilità. Fil-paġni bil-Malti, l-ittri
Maltin qed jinkitbu bis-sistema Unicode. Il-Unicode hu
font standard ġdid internazzjonali li hu bbażat fuq fonts eżistenti,
imma li għandu firxa usa’ ta’ ittri (inklużi l-ittri Maltin). Kompjuters
ġodda u riċenti ġeneralment ikun fihom fonts Unicode u
għalhekk awtomatikament juru l-ittri Maltin kif suppost. Jekk il-kompjuter
tiegħek ma fihx fonts Unicode, tista’ tniżżel
programm
li jissapportja l-lingwa Maltija mis-sit tal-Malta
Information Technology and Training Services Ltd. Dan is-software fih xi fonts
Unicode.
|