Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
l-Information Management Unit
 
Il-Berġa ta' Kastilja, Valletta VLT 2000, Malta
Tel: 22 001 100 Fax: 22 001 103


L-Information Management Unit (IMU) jitmexxa miċ-Chief Information Officer, li jirrapporta għand is-Segretarju Permanenti, OPM. L-Information Management Unit jimmaniġġja l-proġetti kollha li huma relatati ma’ sistemi ta’ nformazzjoni u mat-teknoloġija ta’ l-informatika (IT) fi ħdan l-OPM.

L-IMU jagħti pariri dwar infiq u kuntratti fil-qasam ta’ l-IT u għandu r-risponsabbiltà li jiżviluppa direzzjoni strateġika għall-isfruttar ta’ l-IT fid-dawl ta’ l-għanijiet u l-missjoni ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

L-IMU għandu r-risponsabbiltà li jxerred u jinforza fl-OPM il-policies, l-istandards u l-proċeduri kollha ta' l-IT stabbiliti għas-Servizz Pubbliku.

Barra minn hekk, l-IMU hu wkoll risponsabbli mill-information security fl-OPM. Għalhekk l-Information Management Officer għandu wkoll ir-rwol ta’ Information Security Officer.


Is-Sur Robert Debono
Chief Information Officer

Robert Debono daħal fis-Servizz Pubbliku fl-2000 u serva fid-Direttorat tal-UE fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin.  Fl-2001, ġie mogħti l-kariga ta’ Programme Manager mid-Direttorat għall-Politika Reġjonali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.  Fl-2003, ġie appuntat Systems Administrator tad-database tal-Fondi Strutturali.  Fl-2004 ingħata l-kariga ta’ Information Management Officer filwaqt li f’Ottubru tal-2007 ġie maħtur Chief Information Officer.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana