Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Management and Personnel Office
Ir-Resourcing Department
Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000, Malta
Tel: (+356) 22 001 310 Fax: 22 001 309
E-mail:


Id-Dipartiment tar-Resourcing fi ħdan il-Management and Personnel Office għandu r-responsabbiltà għall-mili tal-karigi fis-Servizz Pubbliku. Hu direttament responsabbli mir-reklutaġġ u mill-għoti ta’ promozzjonijiet fil-gradi tas-Servizz Ġenerali (gradi klerikali, eżekuttivi u ta’ middle/upper management li huma komuni għall-ministeri u d-dipartimenti kollha), kif ukoll mit-tqassim ta’ dawn l-uffiċjali fil-ministeri u d-dipartimenti.

Id-Dipartiment tar-Resourcing jipprovdi għajnuna u jagħti parir lill-ministeri u d-dipartimenti f’dak li għandu x’jaqsam ma' ħatriet fi gradi dipartimentali, tekniċi u professjonali, skond Classification Agreements milħuqa mal-Unions, kif ukoll f'pożizzjonijiet regolati b'kuntratt definit skond ir-regolamenti u l-policies tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Barra minn hekk, iżomm taħt għajnejh in-numru ta’ impjegati fil-ministeri u d-dipartimenti biex jiżgura li dan in-numru jirrifletti l-ħtiġiet attwali u ma jkunx hemm impjegati aktar mill-meħtieġ.

Id-Dipartiment għandu rwol ċentrali fl-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ ingaġġ u ta’ promozzjonijiet skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Ir-responsabbilitajiet ta’ dan id-Dipartiment huma anki estiżi għall-ingaġġ u re-deployment fi ħdan is-Settur Pubbliku kif stipulat fiċ-Ċirkulari ta’ l-MPO Nru.14/2005 li tistabbilixxi t-twaqqif tar-Re-deployment and Recruitment Advisory Group (RRAG), li ċ-Chairman tiegħu huwa s-Segretarju Permanenti Ewlieni. L-RRAG jinkludi l-Financial Management and Monitoring Unit (FMMU) fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi.

Agħfas hawn għal aktar informazzjoni dwar id-Dipartiment tar-Resourcing.

Is-Sur Leo Bonnici BA (Hons), MBA
Direttur (Resourcing)

Leo Bonnici daħal fis-Servizz Pubbliku fl-1979 u serva fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hu ilu nvolut fil-qasam tal-human resource management minn meta beda jaħdem  fil-Management and Personnel Office fl-1985. Is-Sur Bonnici kien maħtur Direttur (Resourcing - Public Service) f’Awissu ta’ l-2005.  Din in-nomenklatura ġiet mibdula għal dik ta' Direttur (Resourcing) fi Frar 2007 biex tkopri s-Settur Pubbliku.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana