Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Staff Development Organisation

3 Castille Place, Valletta CMR 02, Malta
Tel: (+356) 22 001 884 Fax: 22 001 877
E-mail:


programm ta' taħriġ fl-SDOL-Istaff Development Organisation (SDO) hi l-aġenzija ċentrali tat-taħrig tas-Settur Pubbliku.

Il-qafas tal-ħidma ta’ dan id-dipartiment hu: li jieħu ħsieb, u fejn hu possibbli, jorganizza attivitajiet u jipprovdi għajnuna għall-iżvilupp tal-individwu f’dak kollu relatat mat-taħriġ. Dan kollu bil-għan li s-servizz pubbliku jkun aktar effiċċjenti u jwassal bl-iktar mod professjonali l-policies li jiġu mfassla mill-gvern lejn iċ-ċittadin Malti.

L-iskop ewlieni tal-SDO hu li jrawwem kultura li tagħti importanza lit-taħriġ fis-Servizz Pubbliku. Fi kliem ieħor, id-dipartiment mhux biss jieħu ħsieb li joffri programmi ta’ taħriġ matul is-sena, imma jirregolarizza l-funzjoni tat-taħriġ u l-effett pożittiv li din tħalli fuq l-aspett maniġerjali tas-Servizz Pubbliku.

Apparti l-funzjoni li jipprovdi taħriġ fuq livell ċentrali dan id-dipartiment għandu rwol importanti li jiżviluppa l-kapaċitajiet eżistenti tar-riżorsi umani fi ħdan is-Servizz Pubbliku. Dan kollu jwassal sabiex is-Servizz Pubbliku itejjeb id-dehra tiegħu u jniżżel fiduċja kontinwa lejh miċ-ċittadin Malti. L-istrateġija li tagħmel dan kollu possibli hi bbażata fuq il-kunċett ta’ deċentralizzazzjoni tar-riżorsi umani flimkien mal-istatus ta’ Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropeja. L-SDO hu wkoll responsabbli miċ-Charter Support Unit.

L-SDO jorganiżża firxa wiesa’ ta’ programmi ta’ taħriġ għall-impjegati kollha tas-Servizz Pubbliku. Dawn jinkludu taħriġ fl-oqsma maniġerjali, teknoloġija tal-informatika, Unjoni Ewropeja, lingwi kif ukoll taħriġ lill-uffiċċjali li jkunu promossi minn żmien għal zmien.

Waqt li hemm numru ta’ programmi ta’ taħriġ li jiġu mmexxija mill-istaff tal-SDO, hemm oħrajn li jingħataw minn organizzazzjonijiet lokali, u f’ċertu każijiet, anke minn barranin. L-SDO joffri wkoll l-għajnuna tiegħu lil Ministeri u Dipartimenti meta jkunu jridu pariri dwar taħriġ barra minn Malta, fosthom opportunitajiet ta’ skambju ma ‘ istituzzjonijiet barranin. Dan id-dipartiment jieħu ħsieb wkoll skemi ta’ sponsorships fejn uffiċjali pubbliċi jgawdu minn opportunitajiet li javvanzaw l-istudji akkademiċi tagħhom, fost l-oħrajn permezz ta’ Masters Degress Awards. L-SDO huwa membru u jikkollabora mill-qrib ma’ diveri organizzazzjonijiet tat-taħriġ, kemm lokali u barranin. Dan kollu jgħin sabiex l-SDO jitqies bħala dipartiment fundamentali li jsaħħaħ ir-rwol tat-taħriġ f’kull qasam tas-Servizz Pubbliku.

Sa mill-2005, iċ-Charter Support Unit ġie inkorporat mal-SDO.

Aktar tagħrif jinstab fil-website ta’ l-Istaff Development Organisation.

Ms Joanna Genovese, BA (Hons) Business Management
Direttur (Staff Development Organisation)

Joanna Genovese daħlet fis-Servizz Pubbliku fl-1990 u ħadmet fid-Dipartiment tal-Kummerċ qabel ma ingħaqdet ma’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-1996. Fl-1999 inħatret bħala Assistant Direttur Charter Support Unit u fl-2002 bħala Direttur tal-SDO. Ms Genovese tifforma parti mill-Bord tad-Diretturi tal-Malta Information and Training Services Ltd u tal-Foundation for Human Resources Development, fuq il-Bord tal-European Institute of Public Administration, u Chairperson tal-iStanding Conference of European Public Service Training Agencies.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana