Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali
 
Misraħ San Kalċidonju, Il-Furjana CMR 02, Malta
Tel: (+356) 21 223 551, 21 220 178 Fax: 21 245 026
E-mail:


Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) huwa forum magħmul minn tliet partijiet li jinkludi trade unions, organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u l-Gvern. L-għanijiet tiegħu huma:

  • li jinkoraġġixxi d-djalogu soċjali u l-qbil bejn l-imsieħba soċjali kif ukoll, fejn hemm bżonn, ma’ organizzazzjonijiet oħra fis-soċjetà civili; u

  • li jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Gvern dwar kwistjonijiet nazzjonali ta’ natura ekonomika u soċjali.

Il-Kunsill jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet jew jesprimi opinjoni kemm wara talba mill-Gvern inkella fuq inizjattiva tiegħu.

L-MCESD twaqqaf taħt l-Att tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali 2001 li kellu l-mira li jibni fuq l-esperjenza miksuba sa mill-1989 fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Izvilupp Ekonomiku, kunsill li ma kienx statutorju. L-ewwel kunsill taħt l-Att ta’ l-MCESD, li kien kompost minn Chairperson, Deputat Chairperson u erbatax-il membru, nħatar mill-Prim Ministru għal perjodu ta’ sena fis-17 ta’ Awissu 2001. Inħatru erbatax-il membru sostitut biex jattendu l-laqgħat meta ma jattendux il-membri regolari.

Twaqqaf ukoll Kumitat tas-Soċjetà Ċivili biex jirrappreżenta s-soċjetà ċivili f’Malta. Hu magħmul miċ-chairpersons ta’ organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili.

Iċ-Chairperson ta’ l-MCESD hu is-Sur Sonny Portelli. Id-Deputat Chairperson hu Dott. Godwin Grima, Segretarju Permanenti Ewlieni.

Aktar tagħrif dwar l-MCESD jista’ jinstab hawnhekk.


spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana