Il-Midalja għall-Qlubija u l-Midalja għall-Qadi
tar-Repubblika jistgħu jingħataw mill-President fuq il-parir bil-miktub
tal-Prim Ministru.
Il-Midalja għall-Qlubija
Il-Midalja għall-Qlubija tista’ tingħata lil ċittadini Maltin għal
xi għemil ta’ qlubija eċċezzjonali. Tista’ tingħata wkoll wara l-mewt.
Dawk il-persuni li jingħataw il-Midalja għall-Qlubija huma intitolati
li jġibu l-ittri M.R.Q. (Midalja tar-Repubblika għall-Qlubija) wara
isimhom.
Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika
Il-Midalji għall-Qadi tar-Repubblika tista’ tingħata lil ċittadini
Maltin għal servizz distint lil pajjiżhom. L-għadd ta’ Midalji għall-Qadi
tar-Repubblika li jistgħu jinżammu fl-istess żmien ikun mhux aktar
minn mija, u m’għandhomx isiru aktar minn għaxar għotjiet f’sena
lil ċittadini Maltin. Il-Midalja tista’ tingħata fuq bażi onorarja
lil kull ċittadin ta’ pajjiż barra minn Malta li lilu huwa mixtieq
li jingħata ġieħ. Biex jiġi stabbilit in-numru ta’ għotjiet ma jiġix
ikkunsidrat jekk tkun saret xi għotja fuq bażi onorarja.
Dawk il-persuni li jingħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika
huma ntitolati li jġibu l-ittri M.Q.R. wara isimhom.
|