L-Uffiċċju tal-Prim Ministru (OPM) u d-dipartimenti
tiegħu joffru tliet tipi ta’ servizzi elettroniċi:
-
informazzjoni ġenerali online (servizz importanti fih
innifsu)
-
informazzjoni online dwar servizzi speċifiċi ta’ l-OPM
li jitwasslu lill-pubbliku b’mezzi konvenzjonali, imma li fihom
wieħed għadu ma jistax jinqeda b’mod elettroniku
-
servizzi interattivi (fejn il-klijent jista’ jikseb informazzjoni
li tolqot speċifikament lilu) u servizzi li fihom il-klijent jinqeda
mill-bidu sa l-aħħar permezz ta’ l-Internet.
Din il-paġna tagħti lista tas-servizzi li wieħed jista’ jsib f’kull
kategorija.
Tagħrif ġenerali fuq l-Internet
-
Il-website
ewlenija tal-Gvern ta' Malta:
din il-website, li hi r-risponsabbiltà tad-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni, hija maħsuba bħala l-punt minn fejn wieħed isib is-servizzi
elettroniċi kollha tal-Gvern u toffri wkoll firxa wiesgħa ta'
tagħrif.
-
Il-website tad-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni: tagħrif ġenerali fuq il-Gvern, stqarrijiet
għall-istampa, il-Gazzetta tal-Gvern u dokumenti oħra online, opportunitajiet
għal impjieg fis-settur pubbliku, sejħiet pubbliċi
għal tenders u informazzjoni oħra.
-
Quality
Service Charters: kun af aktar dwar l-inizjattiva tal-Quality
Service Charters u ara t-test sħiħ taċ-Charters li ġew ippubblikati
s’issa.
-
Il-website tal-Management
and Personnel Office: tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-human resource management fis-Servizz Pubbliku, inkluż it-test kollu tal-Public Service Management Code.
Tagħrif dwar servizzi speċifiċi ta’ l-OPM
-
Abbonament
fil-Gazzetta tal-Gvern: tista’ tirċievi l-Gazzetta tal-Gvern
bil-posta.
-
Bejgħ
ta’ pubblikazzjonijiet: tista’ tixtri kwalunkwe pubblikazzjoni
tal-Gvern mingħand id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni.
-
Bejgħ
ta’ ritratti: tista’ tixtri reprints ta’ ritratti ta’ avvenimenti
uffiċjali, ċelebrazzjonijiet nazzjonali, u aspetti marbutin mal-wirt
nazzjonali mill-għażla wiesgħa ta’ ritratti li għandu d-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni.
-
Reġistrazzjoni
f’termini ta’ l-Att dwar l-Istampa: kulmin jagħmel ix-xogħol
ta’ editur jew ta’ pubblikatur ta’ gazzetta jew ta’ editur ta’
servizz ta’ xandir hu marbut bil-liġi li jirreġistra mad-Dipartiment
ta’ l-Informazzjoni.
-
Unuri
u għotjiet: kull sena l-President jagħti unuri u dekorazzjonijiet
speċjali lil persuni li jkunu ddistingwew irwieħhom fis-servizz
li taw lil Malta. Tista’ ssir taf iżjed dwar dawn l-unuri u għotjiet
u tniżżel formola biex tinnomina individwu għal xi unur.
Servizzi interattivi u servizzi li bihom wieħed jista’
jinqeda permezz ta’ l-Internet
-
Direct
mailing services mingħand id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni:
tista' tirċievi avviżi mingħand id-Dipartiment ta' l-Informazzjoni (opportunitajiet
għal impjieg, scholarships, sejħiet pubbliċi għal tenders u stqarrijiet għall-istampa fost oħrajn)
direttament bl-e-mail.
-
Servizz.gov.mt:
din il-faċilità tippermettilek li tibgħat domandi, suġġerimenti
jew ilmenti elettronikament lil entitajiet pubbliċi. Ic-Charter
Support Unit jara liema entità għandha l-kompitu li twieġbek
u tgħaddilha l-messaġġ tieghek. Għandek garanzija li tirċievi
risposta, u tista' wkoll issegwi xi progress ikun sar fuq il-każ
tiegħek permezz tas-sistema.
-
Ir-Recruitment Portal tas-Servizz
Pubbliku: Persuni jistgħu jaraw Ċirkularijiet u
Avviżi biex jintlew vakanzi fis-Servizz Pubbliku, u japplikaw
għal-dawn il-postijijet on-line. L-applikanti jkunu
meħtieġa jimlew il-profile tagħhom fuq dan is-sit, u dan
iservi bħala l-applikazzjoni on-line tagħhom. Ċertifikati
ta’ kwalifiċi li jista’ jkollhom l-applikanti jistgħu jew
jintbagħtu bħala attachments mal-profile, jew
jintbagħtu lid-dipartimenti rispettivi bil-posta.
-
Software
li jissapportja l-lingwa Maltija: il-Unicode fonts
(fonts normali imma b’għażla ikbar ta’ ittri, inkluż dawk Maltin)
saru l-istandard ġdid dinji. Tista’ tniżżel dan il-programm
li permezz tiegħu
tkun tista’ tittajpja l-ittri
Maltin bil-Unicode fonts.
Kummenti, ilmenti, suġġerimenti
Nilqgħu bi pjaċir kull kumment, suġġeriment jew ilment li tixtieq
tagħmel dwar is-servizzi li jipprovdu d-dipartimenti u l-uffiċċji
fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Jekk jogħġbok ikkuntattjana.
|