L'għan ta' dan is-servizz
L-Att dwar l-Istampa
jirrikjedi li nies li għandhom ir-rwol ta'
editur jew pubblikatur ta' gazzetta, jew editur ta' servizz tax-xandir,
iridu jirreġistraw irwieħhom mad-Direttur ta' l-Informazzjoni
fil-kapaċità tiegħu bħala reġistratur ta' l-istampa.
Min hu eliġibbli
Biex tagħmilha ta' editur irid ikollok tmintax-il sena
jew aktar. Trid tkun ukoll residenti f'Malta. Jekk tgħix f'Malta,
imma m'intix ċittadin Malti, xorta waħda tista' tirreġistra bħala
editur jekk għandek permess tax-xogħol maħruġ fuq il-bażi ta'
direzzjoni tal-media. Il-pubblikatur ta' gazzetta jista' jkun jew
persuna, jew kumpannija, jew assoċjazzjoni.
Kif takkwista s-servizz
Tista' tapplika ghal dan is-servizz billi timla waħda mit-tlett
formoli (editur ta' l-istampa, editur tat-televiżjoni/radju, jew
pubblikatur) li tista' takkwista mid-Dipartiment ta' l-Informazzjoni.
Ħlasijiet
Dan is-servizz huwa bla ħlas.
Ħinijiet tal-ftuħ
Il-ħinijiet tal-ftuh għall-pubbliku huma:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0815–1515 mill-1 ta' Ottubru sal-15 ta' Ġunju
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0800–1230 mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta'
Settembru.
Fejn tikkuntattjana
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana fi:
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
3 Misraħ Kastilja, Valletta CMR 02
e-mail: info@gov.mt
Tel: (+356) 2200 1700
Fax: (+356) 2200 1705
|