X’joffri dan is-servizz
Il-pubblikazzjonijiet kollha tal-Gvern, inkużi l-Gazzetta tal-Gvern,
Atti tal-Parlament u rapporti ta’ statistika,
jistgħu jinxtraw mis-Sales Office tad-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
(DOI). Tista’ ssib lista
sħiħa tal-pubblikazzjonijiet li huma għall-bejgħ fil-website
tad-DOI.
Kif takkwista s-servizz
Tista’ tikseb il-pubblikazzjoni li għandek bżonn mingħand
is-Sales
Office jew mingħand xi ħwienet tal-kotba (ara lista hawn).
Tista’ wkoll tordna l-pubblikazzjoni li trid bil-posta mingħand
is-Sales Office u titlob li tirċeviha bl-istess mezz.
Ħlasijiet
Il-prezz ta’ kull pubblikazzjoni tista’ ssibu fil-lista li hemm
fil-website tad-DOI. Jekk qed tordna pubblikazzjoni bil-posta ibgħat
ċekk lid-Dipartiment flimkien ma’ l-ordni.
Ħinijiet tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0815–1515 mill-1 ta' Ottubru sal-15 ta'
Ġunju
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0800–1230 mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta'
Settembru.
Fejn tikkuntattjana
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana fi:
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
3 Misraħ Kastilja, Valletta CMR 02
e-mail: sales.office.doi@gov.mt
Tel: (+356) 2200 1700
Fax: (+356) 2200 1705
|