X’joffri dan is-servizz
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni jippubblika l-Gazzetta tal-Gvern
kull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ġimgħa. Tista’ tabbona fil-Gazzetta
tal-Gvern u tibda tirċeviha bil-posta. Il-Gazzetta tinsab ukoll online.
Kif takkwista s-servizz
Biex tirċievi l-Gazzetta tal-Gvern bil-posta, trid timla formola ta’ l-abbonament li tista’ tinkiseb mid-Dipartiment.
Tista’ wkoll tniżżel din il-formola
mill-internet
u tibgħatha bil-posta flimkien mal-ħlas ta’ l-abbonament.
Ħinijiet tal-ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0815–1515 mill-1 ta' Ottubru sal-15 ta' Ġunju
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 0800–1230 mis-16 ta' Ġunju sat-30 ta'
Settembru.
Ħlas ta’ l-abbonament
Id-Dipartiment joffri 4 tipi ta’ abbonamenti:
3 xhur + suppliment €62.88 - Mingħajr suppliment
€44.26
6 xhur + suppliment €123.46 - Mingħajr suppliment €86.19
9 xhur + suppliment €184.02 - Mingħajr suppliment €130.44
12-il xahar + suppliment €244.58 - Mingħajr suppliment €172.37
Fejn tikkuntattjana
Għal aktar dettalji jekk jogħġbok ikkuntattjana fi:
Id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni
3 Misraħ Kastilja, Valletta CMR 02
email: sales.office.doi@gov.mt
Tel: (+356) 2200 1700
Fax: (+356) 2200 1705
|