Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Unuri u Ghotjiet Lura
L-Ordni Nazzjonali tal-Meritu


L-Ordni Nazzjonali tal-Meritu tagħti ġieħ lil ċittadini Maltin li jkunu ddistingwew lilhom infushom f’diversi oqsma. Il-motto ta’ l-Ordni huwa “Virtute et Constantia”. Ċittadini Maltin biss jistgħu jinħatru bħala mseħbin ta’ l-Ordni iżda ċittadini barranin li jkunu ddistingwew lilhom infushom bis-servizz tagħhom fil-promozzjoni u t-twettiq ta’ relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-poplu tal-Gżejjer Maltin jistgħu jingħataw sħubija onorarja.

L-Ordni għandha erba’ gradi – Kumpann ta’ l-Unur, Kumpann, Uffiċjal u Membru – li huma maħsubin li jħaddnu firxa kbira ta’ ħila u ta’ servizz siewi.

Minbarra dawk li servew, jew li jkunu qed iservu, fil-kariga ta’ President ta’ Malta jew ta’ Prim Ministru, li bis-saħħa tal-kariga tagħhom ikunu Kumpannji ta’ l-Unur ta’ l-Ordni, jista’ jkun hemm mhux aktar minn tliet membri oħra f’dan il-grad fl-istess waqt. Fil-gradi l-oħra l-akbar numru li jista’ jkun hemm fl-istess waqt huwa ta’ mhux aktar minn tnax-il Kumpann, għoxrin Uffiċjal u mitt Membru. In-numru ta’ ħatriet kull sena ma jistax ikun aktar minn żewġ Kumpannji, tliet Uffiċjali u għaxar Membri, minbarra ħatriet ta’ mseħbin onorarji.

Dawk li jingħataw l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu huma ntitolati skond il-Liġi li jġibu dawn l-ittri wara isimhom – K.U.O.M. fil-każ ta’ Kumpannji ta’ l-Unur, K.O.M. fil-każ ta’ Kumpannji, U.O.M. fil-każ ta’ Uffiċjali u M.O.M. fil-każ ta’ Membri.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana