Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Is-Segretarju Parlamentari


Dott. Mario de Marco, LLM (Cantab), LLD, MP
Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu

Mario de Marco twieled fit-18 ta’ Ottubru 1965.  Hu politiku u akkademiku Malti.  Mario de Marco hu t-tifel ta’ l-ex-President tar-Repubblika ta’ Malta Guido de Marco.

Mario de Marco studja fil-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, Malta u fl-Università ta’ Malta minfejn iggradwa bħala Avukat (LL.D.) fl-1988.  Rebaħ ‘scholarship’ tal-Commonwealth għal kisbiet akkademiċi u kompla bl-istudji tiegħu fl-Università ta’ Cambridge (Trinity Hall) minfejn kiseb Masters fil-Liġi (LL.M.) wara li speċjalizza fil-Liġi Kummerċjali Internazzjonali.  Hu lecturer fil-Liġi Kummerċjali Internazzjonali fl-Università ta’ Malta.

Mario de Marco kien elett Membru Parlamentari fil-Kamra tar-Rappreżentanti fl-2003.  Kien inħatar Viċi-Chairman tal-Kumitati tal-Kamra tar-Rappreżentanti u membri tal-Kumitat dwar il-Kontijiet Pubbliċi u tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

Wara l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2008, hu nħatar membru tal-Kabinett fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.


Dott. Chris Said, LLD, MP
Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni

Dott. Chris Said twieled fl-1970.  Fl-1994 huwa ggradwa mill-Universita` ta’ Malta bħala Nutar u Avukat fl-1996 fejn wara beda jipprattika l-professjoni tiegħu.

Dott. Said kien involut f’għadd ta’ organizazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istudenti, iż-żgħażagħ, l-isports, il-kultura popolari u t-trasport pubbliku.  Ilu attiv fil-Partit Nazzjonalista għal diversi snin u serva bħala Sindku tan-Nadur bejn 1999 u l-2008.

Huwa ġie elett fil-Parlament fl-2008 fejn ġie maħtur Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dott. Said huwa miżżewweġ lil Linda nee’ Attard u għandhom żewġt ibniet Anastasia u Andrea.
 

 
spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana