|
Il-funzjoni ewlenija tad-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi hi
li jipprovdi servizzi ta' appoġġ lid-dipartimenti u t-taqsimiet
ta' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, b'mod partikulari fl-oqsma ta'l-ippjanar u l-management finanzjarju, il-management
tar-riżorsi umani, l-informatika, il-customer care, u servizzi
oħra. Id-Direttorat hu maqsum f'dawn il-friegħi:
- Finanzi u Amministrazzjoni
- Riżorsi Umani
- Office Management
- Registry
Finanzi u Amministrazzjoni
Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-fergħa tal-Finanzi u Amministrazzjoni
huma business planning, budgeting u kontroll
finanzjarju, ix-xiri ta' oġġetti u servizzi, u accounting. Il-Fergħa
għandha wkoll ir-responsabilta' li tinnegozja
żewġ kuntratti ewlenin
li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jagħmel mal-MITTS,
wieħed għall-provediment ta' inftrastruttura teknika u l-ieħor għal
software applications. Din il-fergħa titmexxa mis-Sur Carmel Vella, Assistent Direttur.
Riżorsi Umani
Il-Fergħa tar-Riżorsi Umani hi responsabbli għal dak kollu li għandu
x'jaqsam ma' l-istaff, bħalma huma l-kundizzjonijiet tax-xogħol,
ħatriet u promozzjonijiet, assistenza u performance management, taħriġ
u dixxiplina. Il-Fergħa hi wkoll responsabbli mill-amministrazzjoni
tal-pagi, is-sahra u l-ħlas ta' premiums. Il-Fergħa hi mmexxija
minn Assistent Direttur, is-Sur
Mario Zammit.
Office Management
Il-Fergħa ta' l-Office Management, li hi mmexxija mis-sur Tony Savona, Assistent Direttur,
hi l-aktar responsabbli mill-manutenzjoni u t-tisbiħ
tal-bini li jaqa' direttament taħt ir-responsabilta' ta' l-Uffiċċju
tal-Prim Ministru, jiġifieri l-Berġa ta' Kastilja, il-Palazz tal-Girgenti
u Villa Francia. Il-Fergħa tikkoordina u tissorvelja proġetti kapitali
u tamministra l-flotta tat-trasport ta' l-OPM.
Ir-Registry
Ir-Registry għandu ir-responsabbilta` li jżomm sistema ta’ filing
għal kull korrispondenza, interna jew esterna, u għal dokumenti
oħra. Ittri mibgħuta mill-pubbliku inġenerali jiġu ttimbrati bid-data
ta’ meta jaslu u jintbagħat rikonoxximent ta’ kull
korrispondenza. Ir-Registry jħaddem sistema kompjuterizzata biex tissorvelja ċ-ċaqliq
tal-files fi ħdan l-OPM.
|
Is-Sur Alexander Magro, BA (Hons) Accountancy, CPA Direttur (Servizzi Korporattivi)
Alexander Magro ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1978 u serva
fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Inħatar Assistent Direttur
(Finanzi u Amministrazzjoni) fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi fis-sena 2000 u
sar Direttur (Servizzi Korporattivi) f'April 2004.
|
|
|