L-għan ta' l-Istamperija tal-Gvern hu li tipprovdi servizz komprensiv
ta' stampar lill-ministeri u d-dipartimenti tal-Gvern.
L-Istamperija tal-Gvern hi dipartiment bi storja twila li kellu
sehem dirett fil-Ġrajjiet storiċi tal-gżejjer Maltin bix-xogħol
tiegħu ta' l-istampar. Dan id-dipartiment ilu jistampa l-Gazzetta
tal-Gvern mill-1813.
F'Novembru ta' l-1995 l-Istamperija
ċċaqalqet mill-Kavallier ta' San
Ġakbu fil-Belt u bdiet topera minn post iżjed
adattat għaliha fil-Qasam Industrijali tal-Marsa.
|
Is-Sur Carmel Sammut Direttur (Stamperija tal-Gvern)
Carmel Sammut ingħaqad ma' l-Istamperija tal-Gvern bħala apprendista
fl-1968. Huwa serva f'diversi karigi fl-istamperija sakemm ġie appuntat Chief Printer fl-2003. Bħalissa huwa Chairman tal-Bord ta' l-Eżamijiet
fis-Snajja' ta' l-istampar fi ħdan l-ETC. Huwa nħatar Direttur (Stamperija
tal-Gvern) fi Frar 2006.
|
|
|