|
Il-Management Efficiency Unit (MEU) hija l-organizzazzjoni
fi ħdan il-Gvern ta' Malta li tipprovdi servizzi ta' konsulenza
maniġerjali.
Hija mwaqqafa bħala entita` separata fi
ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Ir-rwol prinċipali tagħha hu li
tgħin lill-ministeri u d-dipartimenti
fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġiji effettivi ta' change management,
bl-iskop li jwasslu għat-titjib fis-servizzi pubbliċi.
L-MEU kien involut f'firxa wiesgħa ta' proġetti li jvarjaw minn żvilupp ta’
leġislazzjonijiet ġodda sa ristrutturar ta’ organizzazzjonijiet.
Fil-preżent il-Unit qed jgħin f’inizjattivi varji tal-Gvern li
jinkludu l-ħolqien ta’ strateġiji maniġerjali, sistemi, strutturi u
soluzzjonijiet biex jittejjeb l-għoti ta’ servizzi, effiċjenza fl-operat,
użu aħjar tar-riżorsi eżistenti, u titjib fir-riżultati tal-flus
minfuqa. Il-Unit qed jintalab ukoll jgħin biex jiġu indirizzati
diversi sfidi speċifiċi fil-Ministeri.
Il-Unit huwa responsabbli wkoll biex jifformula u jikkordina l-Programm
ta’ Riforma Nazzjonali għal Malta fi ħdan l-istrateġija ta’ Lisbona,
l-uffiċċju għar-regolamentazzjoni aħjar, il-bidla għall-ewro
fis-Settur Pubbliku wiesgħa (inklużi wkoll il-Kunsilli Lokali), u t-tmexxija
tal-proġett Schengen.
Ikklikja hawn għal aktar informazzjoni dwar il-Management
Efficiency Unit.
|
Mr John Aquilina
Kap Eżekuttiv
John Aquilina kien maħtur Chief Executive Officer
f'Ottubru 2003. Fis-16-il sena ta' qabel huwa kellu
karigi maniġerjali għolja fl-oqsma tat-teknoloġija ta’
l-informatika, business development, u innovvazjoni, ma’
kumpanniji f’Malta u l-Ingilterra. Hu ħadem u żviluppa
soluzzjonijiet għal organizzazzjonijiet fis-settur
pubbliku kif ukoll f’servizzi ta’ software, u setturi
tal-manifattura u awtomottivi. Hu ġie innominat bħala l-Koordinatur
ta’ l-NRP għal Malta, u hu responsabbli
għall-formulazzjoni eżekuttiva u l-implimentazzjoni
tal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali għal Malta. Huwa
wkoll iċ-Chairperson tal-Public Sectoral Committee
għall-ewro u Direttur tal-MITTS Ltd.
|
|
|