|
Segretarju Permanenti
fl-Uffiċċju
tal-Prim Ministru (Operations)
Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000,
Malta
Tel: (+356) 22 001 499
Fax: 22 001 497
E-mail:
permsec.opm.operations@gov.mt
Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Operations)
għandu r-responsabbilta’ li jiżgura li l-funzjonijiet
Governattivi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li jaqgħu taħt
ir-responsabbilta’ tiegħu huma mwettqa b’mod effettiv u effiċjenti.
Hu jservi wkoll bħala
konsulent tal-Prim Ministru u s-Segretarju Permanenti Ewlieni fuq
materji li huma amministrati
minn
dawn l-Uffiċċji. L-irwol
tiegħu għandu żewġ dimensjonijiet, dak internazzjonali kif ukoll
nazzjonali.
Is-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru (Operations)
għandu inter alia r-responsabbilta’ ta’ dawn li ġejjin:
·
id-Diviżjoni
għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u Prijoritajiet
·
id-Direttorat għall-Operat u Implimentzzjoni
ta' Programmi
·
id-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi
·
l-Information Management Unit
· Relazzjonijiet
mal-Commonwealth Association for Public Administration and
Management
(CAPAM) · l-iState
Aid.
|
Is-Sur
Paul
Zahra
Segretarju Permanenti OPM (Operations)
Paul Zahra ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1984 fejn serva fid-Diviżjoni
Ekonomika fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Bejn l-1989 u l-1992 hu kien l-assistent personali tas-Segretarju Ekonomiku
u Chief Economics Officer
fil-Ministeru tal-Finanzi. Fl-1993
ġie maħtur Kap fid-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika u
sussegwentament Direttur (Strateġija Ekonomika) u Direttur Ġenerali
(Politika Ekonomika). Mill-2001
is-Sur Zahra serva bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Servizzi
Ekonomiċi u l-Ministeru tal-Finanzi.
Is-Sur Zahra huwa wkoll iċ-Chairman
ta’ l-iState Aid Monitoring Board.
Is-Sur Zahra ġie maħtur Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru (Policy)
f’Marzu ta’ l-2006
u ngħata t-titolu ġdid ta' Segretarju Permanenti
fl-Uffiċċju tal-Prim
Ministru (Operations) f'Ġunju 2008.
|
|
Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju
tal-Prim Ministru (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)
Il-Berġa ta’ l-Italja, Valletta VLT 2000,
Malta
Tel: (+356) 22 915 042
Fax: 22 915 069
E-mail:
permsec.opm.itsd@gov.mt
Is-Segretarju Permanenti
fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru
(Informazzjoni,
Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli) għandu r-responsabbiltà li jiżgura li d-Dipartimenti fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li
jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tiegħu jwettqu l-funzjonijiet
assenjati lilhom b’mod effettiv u effiċjenti.
Hu jservi wkoll ta’ konsulent tal-Prim Ministru u s-Segretarju
Permanenti Ewlieni fuq materji li huma amministrati
minn dawn l-Uffiċċji.
Is-Segretarju
Permanenti ((Informazzjoni,
Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli) għandu l-għajnuna ta’ dawn id-dipartimenti u taqsimiet oħra fi ħdan
l-Uffiċċju tal-Prim Ministru:
|
Is-Sur Peter Portelli
Segretarju Permanenti OPM
(Informazzjoni,
Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli)

Is-Sur Portelli ngħaqad mal-Ministeru tat-Turiżmu
fl-1987. Bejn l-1990 u l-1993 huwa serva bħala Segretarju
tal-Bord ta’ Diretturi ta’ l-Institute of Tourism Studies.
F’Ottubru 1993, huwa ngħaqad mas-Segretarjat Privat tal-Prim
Ministru. Bejn l-1997 u l-1998 serva fl-uffiċċju tas-Segretarju
Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fejn serva wkoll bħala
Segretarju tal-Forum tas-Segretarji Permanenti. Reġa’ ngħaqad
mas-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru fl-1998 bħala
Communications Coordinator u s-sena ta’ wara nħatar Segretarju
Privat tal-Prim Ministru. F’April 2004 inħatar Segretarju Privat
tal-President. Inħatar Segretarju Permanenti (Turiżmu u Kultura)
f’Diċembru 2004. Wara l-bidla ta’ l-Amministrazzjoni fl-2008,
is-Sur Portelli nħatar Segretarju Permanenti, Uffiċċju tal-Prim
Ministru (Informazzjoni, Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli). |
|
|