Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
 
12, Triq San Pawl, Valletta CMR 02, Malta
Tel: (+356) 22 001 142/3  Fax: 22 001 141
E-mail:

 

Id-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajet (qabel magħrufa bħala id-Direttorat għall-Politika Reġjonali) twaqqfet f'Marzu 2001 bħala parti mill-infrastruttura amministrattiva meħtieġa biex timmaniġġja l-fondi ta' qabel l-isħubija u ta' wara l-isħubija allokati lil Malta mill-Unjoni Ewropeja.

Illum, il-PPCD qed twettaq numru ta’ funzjonijiet prinċipali:

  • Ko-Ordinatur Nazzjonali ta’ l-Għajnuna tal-Fondi ta’ Qabel l-Isħubija u tal-Faċilita’ ta’ Transizzjoni;

  • Il-Punt Fokali Nazzjonali għal numru ta’ strumenti ta’ fondi bilaterali, inklużi l-Ħames Protokoll Finanzjarju ta’ bejn Malta u l-Italja, il-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-ŻEE u tan-Norveġja, u l-Programm ta’ Ko-Operazzjoni ta’ bejn Malta u l-Isvizzera;

  • Il-Koordinatur Nazzjonali għall-Programmi ta’ l-Interreg III (il-Programm ta’ l-Interreg IIIA Italja-Malta; il-Programmi ta’ l-Interreg IIIB Archimed u Medocc; il-Programm ta’ l-interreg IIIC għaż-Żona tan-Nofsinhar);

  • L-Awtorita’ ta’ l-Immaniġġjar għall-Fondi Strutturali u għall-Fond ta’ Koeżjoni 2004-2006;

  • Il-Ko-Ordinatur Ġenerali għall-ipprogrammar tal-Politika tal-Koeżjoni 2007-2013;

  • L-Awtorita’ ta’ l-Immaniġġjar għaż-żewġ Programmi Operattivi 2007-2013: Programm Operattiv 1 – Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni; Programm Operattiv 1 – Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni; Programm Operattiv 2 – Il-Fond Soċjali Ewropew;

  • Il-Punt Fokali Nazzjonali għall-erba’ Programmi ta’ Ko-Operazzjoni Territorjali 2007-2013.

Il-PPCD għandha l-għan li tiżgura l-assorbiment u l-immaniġġjar b’mod effiċċjenti ta’ l-assistenza mill-Ewropa, kemm ta’ l-UE kif ukoll dik bilaterali, permezz ta’ ko-ordinazzjoni effettiva tad-Dipartimenti kollha tal-Gvern, l-Awtoritajiet, l-Aġenziji u l-istakeholders kollha.

Minbarra l-provviżjoni tas-servizzji fuq imsemmija, il-PPCD tiżgura wkoll l-akbar trasparenza u informazzjoni fir-rigward tal-fondi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta’ tagħha. Din il-funzjoni titwettaq permezz ta’ l-organizazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ tahriġ, attivitatijiet ta’ l-informazzjoni u komumikazzjoni mal-media, ma’ dawk li jistgħu japplikaw għall-fondi u l-pubbliku ġenerali. Il-PPCD hija mgħammra wkoll b’helpdesk għall-posta elettronika: info.ppcd@gov.mt.

Tista' ssib iżjed informazzjoni hawnhekk dwar id-Direttorat għall-Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet u hawnhekk dwar l-programmi ta' finanzjament li jamministra.

Is-Sinjura Marlene Bonnici
Direttur Ġenerali (Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet)

Marlene Bonnici, B.Ed (Hons), PGC (Diplomatic Studies) ngħaqdet mal-fergħa diplomatika tas-Servizz Pubbliku fl-1992 u serviet fl-ambaxxati ta' Malta f'Bonn u Brussels. Fl-1999 bdiet taħdem fid-Direttorat ta' l-UE fi ħdan il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin. Inħatret Direttur (Ko-ordinazzjoni ta' l-Ippjanar u l-Prijoritajiet) f'Ġunju 2001 u Direttur Ġenerali f'Awwissu 2004.

 

Direttorat għall-Affarijiet ta' l-Unjoni Ewropea

 

Programmi u Proġetti

13, Triq San Pawl, Valletta VLT 1210, Malta
Tel: (+356) 22 001 862 Fax: 22 001 141
E-mail: stephen.calleja@gov.mt


Id-Direttorat għal Programmi u Proġetti fi ħdan id-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet huwa responsabbli sabiex jassigura li id-Divizjoni taqdi dawn il-funzjonijiet:

  • Ko-ordinatur Nazzjonali għall-Assistenza mill-Fondi ta’ Pre-Adezjoni u l-Fondi ta’ Tranżizzjoni;

  • Awtorita’ ta’ l-Immaniġġjar għall-Fond ta’ Koezjoni 2004-2006;

  •  Ko-ordinatur Nazzjonali għall-Programmi Interreg III [Interreg III A Programm Italia-Malta; Interreg III B Programmi Archimed u Medocc; Interreg III C Programm Zona tan-Nofs-in Nhar);

  • Ko-ordinatur Nazzjonali għall-Programmi ta’ Ko-opeazzjoni Territorjali 2007-2013;

  • Ko-ordinatur Nazzjonali għall-Mekkaniżmi Finanzjarji taż-Żona Ekonomika Ewropea / Norvegja;

  • Ko-ordinatur Nazzjonali għall-Programm ta’ Ko-operazzjoni Svizzera.

Id-Direttorat għandu wkoll il-funzjoni li jgħin lid-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet fl-implimentazzjoni ta’:

  • L-pjan ta’ kommunikazzjoni fir-rigward tal politika ta’ koeżjoni (2007–2013);

  • Il-pjanijiet għall-evalwazzjoni tal-Programmi Operattivi ta’ Malta (2007–2013);

  • L-istrateġija għat-taħrig ta’ dawk imsieħba fl-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali  2007–2013).

Is-Sur Stephen Calleja
Direttur (Programmi u Proġetti)

Stephen Calleja ilu jaħdem fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru sa minn mindu ingħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-1987. Huwa serva fl-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, fid-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi u fid-Direttorat Ġenerali OPM għal numru ta’ snin, qabel ma beda jaqdi d-doveri tiegħu fid-Direttorat għall-Politka Reġjonali (illum id-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet) fl-2001. Huwa nħatar Assistant Direttur (Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet) fl-2002 u eventwalment Direttur (Programmi u Proġetti) fid-Diviżjoni għall-Ko-ordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet f’Jannar 2008.

 

spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana