Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni
Management Support Directorate
Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000, Malta
Tel: (+356) 22 001 487 Fax: 22 001 492
E-mail:


Il-Management Support Directorate huwa taqsima fi ħdan l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Dan jipprovdi l-għajnuna neċessarja u jagħti pariri lis-Segretarju Permanenti Ewlieni fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu bħala kap tas-Servizz Pubbliku.

L-Uffiċċju jikkoordina l-proċess ta’ għażla ta’ kandidati għal karigi għolja fis-Servizz Pubbliku u joffri wkoll appoġġ lis-Senior Appointments Advisory Committee li għandu bħala chairperson lis-Segretarju Permanenti Ewlieni. Il-Management Support Directorate jagħmel riċerka u jiġbor informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi u, fost xogħol ieħor, jassisti lis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-iffinaliżżar tal-performance appraisal annwali tal-kapijiet tad-dipartimenti.

Id-Direttur (Management Support) hija responsabbli wkoll għas-segretarjat tas-Segretarju Permanenti Ewlieni filwaqt li tirrappreżentah u taħdem f’ismu skond kif jeħtieġ.


Ms Christine Madiona
Direttur (Management Support)

Christine Madiona ngħaqdet mas-Servizz Pubbliku fl-1982 u ħadmet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-1992. Serviet fl-Uffiċċju tal-Kabinett qabel ma ngħaqdet ma l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti fl-OPM fl-1995. Ms Madiona nħatret Assistent Direttur (Customer Care) f'Ġunju ta' l-2003 u Direttur (Management Support) f'Lulju tas-sena 2004.


spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana