Simbolu Ufficjali tal-Gvern ta' Malta Ufficcju tal-Prim Ministru
Ufficcju tal-Prim Ministru
spacer  
top background
Pagna Ewlenija
Il-Prim Ministru
Is-Segretarju Parlamentari
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
Is-Segretarju tal-Kabinett
Is-Segretarju Permanenti, OPM
Segretarjat EU
Management and Personnel Office
Central Information Management Unit
Diviżjoni għall-Koordinazzjoni ta’ l-Ippjanar u l-Prijoritajiet
Department ta’ l-Informazzjoni
Forzi Armati ta’ Malta
Servizzi Elettroniċi tal-OPM
Is-Servizz Pubbliku
Gov.mt
Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali
 

Curve

 

 
Is-Segretarju Permanenti Ewlieni
 
Il-Berġa ta’ Kastilja, Valletta VLT 2000, Malta
Tel: (+356) 22 001 490 Fax: 22 001 492
E-mail: pps@gov.mt

 

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni huwa l-kap tas-Servizz Pubbliku. Huwa responsabbli għall-organizzazzjoni u t-tmexxija tas-Servizz Pubbliku kollu kemm hu, b’mod partikulari tal-management tar-riżorsi umani. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni għandu termini ta’ referenza li jolqtu d-dipartimenti kollha tal-Gvern. Jaqdi wkoll funzjoni ta’ tmexxija f’inizjattivi ta’ bidla fis-Servizz Pubbliku. Għan-nom tal-Prim Ministru jistabbilixxi miri għas-Segretarji Permanenti l-oħra u jevalwa t-twettiq tal-ħidma tagħhom. Għandu wkoll sehem importanti fl-għażla ta’ l-uffiċjali li jokkupaw l-ogħla karigi tal-management fis-Servizz Pubbliku.

L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni jipprovdilu appoġġ amministrattiv u jagħtih pariri fuq policy. L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni jinkludi l-Management Support Directorate.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni huwa risponsabbli wkoll mill-Forzi Armati ta' Malta, mid-Direttorat għall-Affarijiet tad-Difiża, mill-Management and Personnel Office (MPO), mill-Management Efficiency Unit (MEU) u mill-Industrial Projects and Services Ltd.

ritratt tas-Segretarju Permanenti Ewlieni

Dott. Godwin Grima
Segretarju Permanenti Ewlieni

Godwin Grima inħatar Nutar tal-Gvern fl-1979. Inħatar Direttur (Reġistru ta’ l-Artijiet) fl-1993 u Direttur Ġenerali ta’ l-Artijiet u r-Reġistru Pubbliku fl-1999. Dott. Grima laħaq Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern f’Jannar 2002 u Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Ġunju 2004. Inħatar Segretarju Permanenti Ewlieni f'Jannar 2005 u Segretarju tal-Kabinett f'Jannar 2006. Dott. Grima huwa wkoll Deputat Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, Deputat Chairperson tal-Malta Information Technology Agency,  u membru tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Familja fuq bażi personali.


spacer
Drittijiet ta' l-Awtur | Segretezza Personali | Disclaimer | Mistoqsijiet Komuni | Għajnuna | Ikkuntattjana