|
Il-Prim Ministru ta’ Malta huwa l-kap tal-Gvern b’risponsabbiltà ġenerali
għall-amministrazzjoni tal-pajjiż. Dan joħroġ mill-Kostituzzjoni,
li titlob li l-President jimxi fuq il-parir tal-Prim Ministru meta jaħtar
il-ministri u jqassmilhom ir-risponsabbiltajiet tagħhom, u li tagħti s-setgħa
lill-Prim Ministru li jidderieġi x-xogħol tal-Kabinett.
Apparti l-funzjoni tiegħu bħala kap tal-Gvern, Il-Prim Ministru huwa
ministru bir-risponsabbiltajiet partikolari tiegħu. Tista’ ssib iżjed
tagħrif fuq ir-risponsabbiltajiet ministerjali tal-Prim Ministru hawnhekk.
Is-Segretarjat Privat tal-Prim Ministru jipprovdi kull għajnuna u appoġġ
lill-Prim Ministru fil-qadi ta’ dawn id-doveri impenjattivi. Is-Segretarjat jieħu
ħsieb kull aspett tar-relazzjonijiet pubbliċi u l-customer service
tal-Prim Ministru.
|
Edgar Galea-Curmi Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru
|
|
|