|
Nixtiequ nirringrazzjawk talli żort il-website
ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Aħna mpenjati li nħarsu l-privatezza
ta’ min iżurna u ma niġbru ebda informazzjoni personali dwarek
sakemm ma tagħtihilniex minn jeddek. Kwalunkwe informazzjoni personali
li tgħarrafna biha tinżamm fi ħdan il-Malta
Government Network (gov.mt) innifsu, skond l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001.
L-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data 2001 għadda fl-14 ta’
Diċembru 2001 u beda jseħħ fil-15 ta’ Lulju 2003. Għalekk nimxu mad-dmir legali
li nirrispettaw u nipproteġu kull informazzjoni personali li niġbru mingħandek.
Nieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex nipprevjenu aċċess mhux awtorizzat u ma
ngħaddux id-dettalji miġbura mingħandek bħala viżitatur lil terzi persuni jew lil
dipartimenti tal-Gvern ħlief kif spjegat iżjed l-isfel jew sakemm ma tagħtiniex
il-kunsens tiegħek.
Jekk taqra jew tniżżel informazzjoni mis-sit tagħna, aħna
awtomatikament niġbru u naħżnu l-informazzjoni li ġejja, li mhijiex
personali:
-
il-webpage jew id-download mitluba;
-
jekk it-talba rnexxietx jew le;
-
id-data u l-ħin meta int dħalt fis-sit;
-
l-indirizz tal-website li minnu żort is-sit tagħna jew
id-domain name tal-kompjuter li kont qed tuża;
-
is-sistema ta' operazzjoni li biha jaħdem il-kompjuter tiegħek u
t-tip u l-verżjoni tal-web browser tiegħek.
Din l-informazzjoni la tingħata, la tinkera u lanqas tinbiegħ lil
xi organizzazzjoni oħra.
Informazzjoni personali
Meta timla l-formola fil-paġna "Ikkuntattjana"
jew tibgħat e-mail lil
,
aħna nużaw l-informazzjoni personali li tibgħatilna biss biex
inwieġbuk u biex nagħtuk servizz. Għal dan il-għan jista’ jkun
hemm bżonn li ngħaddu l-messaġġ tiegħek lil xi ministeru,
dipartiment jew entità oħra tal-Gvern. Sabiex nikkontrollaw il-kwalità
tas-servizz li qed nipprovdu aħna nżommu rekord tal-messaġġi li
nirċievu u ta’ l-azzjoni li nieħdu. Tista’ titlob aċċess għal kull informazzjoni
li għandna dwarek u li għandha x’taqsam mal-messaġġ tiegħek u għandek id-dritt
li tikkoreġi jew tħassar żbalji fejn ikun applikabbli.
Links għal websites oħrajn
Fis-sit tagħna tista’ ssib links għall-websites
ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji oħrajn lokali u internazzjonali,
inkluż organizzazzjonijiet privati. Importanti li tinnota li malli
tidħol f’link ma’ sit differenti, inti m'għadekx fis-sit tagħna u tibda tgħodd
għalik il-politika dwar il-privatezza tas-sit il-ġdid.
Cookies
Il-Malta Government Network jikkreja "cookies"
biex jindikaw lill-web server liema viżitatur qed jitlob liema
paġna. Dawn il-cookies
jaħżnu informazzjoni li hi mibgħuta lill-browser
tiegħek – flimkien ma' web page – meta inti żżur il-website
tagħna. Il-browser tiegħek jirritorna l-informazzjoni tal-cookie
biss lid-dominju li minnu oriġina l-cookie, jiġifieri gov.mt.
Ebda website ieħor ma jista' jitlob din l-informazzjoni. Meta
inti terġa’ tidħol fil-website tagħna, il-cookie
jerġa' jintbagħat lill-web server flimkien mat-talba l-ġdida
tiegħek.
|