Messaġġi ji jirrigwardaw lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru
Jekk tibgħatilna xi kumment, suġġeriment, ilment jew mistoqsija li tittratta dwar din
il-website, jew dwar kwalunkwe dipartiment jew uffiċċju fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, aħna nagħtuk tweġiba jew ta’ l-anqas
acknowledgement fi żmien jumejn (Sibtijiet, Ħdud u btajjel mhux inkużi).
Jekk it-tweġiba li nagħtuk ma tkunx finali, aħna nibqgħu insegwu l-ilment jew il-mistoqsija tiegħek u nagħtuk tweġiba finali fi żmien għaxart ijiem (Sibtijiet, Ħdud u btajjel mhux inkużi).
Messaġġi li għandhom x'jaqsmu ma' ministeri oħra
Jekk il-messaġġ tiegħek jirrigwarda dipartiment tal-Gvern jew entità pubblika li ma taqax
direttament taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, aħna ngħidulek fejn għandek tirreferi l-każ tiegħek jew inkella, jekk ikun possibbli, ngħaddu l-messaġġ tiegħek direttament għand l-entità u ninfurmawk b’dan. Jekk inti tlabt xi tagħrif li faċli jinkiseb
minn sors uffiċjali (speċjalment minn xi website tal-Gvern), aħna ngħidulek fejn tista’ ssibu.
Anki f’każijiet bħal dawn nagħtu tweġiba fi żmien jumejn.
Fejn nistgħu ma nwieġbux
Aħna ma nintrabtux li nwieġbu messaġġi li:
-
mhumiex indirizzati speċifikament lilna (partikolarment spam jew
junk mail);
-
ma jinftehmux jew ma jidhirx skop għalfejn intbagħtu; jew
-
m’għandhomx x’jaqsmu max-xogħol ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Gvern ta’ Malta.
Kif nużaw l-informazzjoni personali li tintbagħtilna
Nużaw l-informazzjoni personali li tibgħatilna skond kif speċifikat fil-paġna dwar
is-segretezza personali.
|